Skip to main content

Detenturi Maltin tal-Polza ta' Lloyd's - Kif tagħmel Ilment.

Skopri kif tista' tagħmel ilment u l-proċedura ta' kif jiġi ġestit l-ilment.

Jekk tixtieq tagħmel ilment jekk jogħġbok ivverifika l-polza tiegħek għad-dettalji tal-persuna li għandek tikkuntattja. Inkella kkuntattja s-sensar tiegħek jew jekk l-ilment għandu x'jaqsam ma' talba kkuntattja lil min qed jiġġestixxi t‑talba tiegħek biex tgħarrafhom dwar l-iskuntentezza tiegħek.

X'inhu Lment?

Lloyd's tfisser ilment bħala:

Kull espressjoni verbali jew bil-miktub ta' nuqqas ta' sodisfazzjon, kemm jekk ġustifikata jew le, minn jew f'isem, kull persuna dwar il-provvista, jew in-nuqqas ta' provvista, ta' servizz finanzjarju, li:  (1) jallega li l-ilmentatur ikun bata (jew jista' jbati) telf finanzjarju, ħsara materjali jew inkonvenjent materjali u (2) jirrelata ma' attività ta’ dak l‑intimat, jew minn kull intimat ieħor li miegħu dak l-intimat kellu konnessjoni fit-tqegħid fis-suq jew forniment ta' servizzi jew prodotti finanzjarji, li jiġi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Financial Ombudsman Service (Servizz ta' Ombudsman Finanzjarju) fir-Renju Unit. 

Kif Lloyd’s ser tiġġestixxi l-ilment Tiegħek

L-aġent ġestur ta' Lloyd's, jew il-parti msemmija fil-polza tiegħek li ġiet maħtura biex tiġġestixxi l-ilment tiegħek f'isimhom ser timmira li tfornik bid-deċiżjoni tagħha, bil-miktub, fi żmien 8 ġimgħat minn meta jkun wasal l-ilment.

Jekk inti tibqa' insodisfatt ġaladarba inti tkun irċevejt ir-risposta finali, tista' tirreferi l-ilment tiegħek għand l-Uffiċċju tal-Arbitru għal Servizzi Finanzjarji.  Id-dettalji fejn tista' tikkuntattjhom huma:

Uffiċċju tal-Arbitru għal Servizzi Finanzjarji

L-1 Sular
Misraħ San Kalċedonju
Floriana FRN 1530
Malta

8007 2366

Dawn arranġamenti dwar il-ġestjoni tal-ilment huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet legali tiegħek.

Agħmel ilment

Tista' tikkuntattja lil Lloyd's fir-Renju Unit għand

Complaints

Fidentia House
Walter Burke Way
Chatham Maritime
Chatham
Kent
ME4 4RN

+44 (0)20 7327 5693