Lloyd's fasslet il-proċess li għandu jiġi segwit għall-ilmenti internazzjonali (mhux tar-Renju Unit) fil-Market Bulletin Y4961 - International Complaints Handling: Expansion of New Procedures (Ġestjoni ta' Ilmenti Internazzjonali - Twessiegħ ta' Proċeduri Ġodda). Għal ilmenti Maltin il-proċess li jrid jiġi segwit hu modifikat f'għadd ta' modi kif stabbilit fil-Market Bulletin Y5091.  Dawn il-bidliet jirriflettu rekwiżiti regolatorji u legali lokali u l-prattika tas-suq.

 

L-arranġamenti ta' Lloyd's għall-ilmenti internazzjonali huma maħsuba biex jippermettu għal sorveljanza ta' ilmenti, b'mod konsistenti mal-aspettazzjonijiet regolatorji tal-Financial Conduct Authority (FCA) tar-Renju Unit, filwaqt li jippermettu flessibilità għall-aġenti ġesturi fil-mod ta' flessibilità kif jiġġestixxu l-ilmenti b'konformità mar-regoli lokali.   

 

Gwida

 

Gwida għall-Aġenti Ġesturi

Sommarju tal-Ġestjoni tal-Ilmenti

 

Tifsira ta' lment

 

Kull espressjoni verbali jew miktuba ta' nuqqas ta' sodisfazzjon, kemm jekk ġustifikata jew le, minn jew f'isem, persuna dwar l-għoti, jew in-nuqqas ta' għoti, ta' servizz finanzjarju, li: 

(1) jallega li l-ilmentatur ikun bata (jew jista' jbati) telf finanzjarju, ħsara materjali jew inkonvenjent materjali u (2) jirrelata ma' attività ta’ dak l-intimat, jew minn kull intimat ieħor li miegħu dak l-intimat kellu konnessjoni fit-tqegħid fis-suq jew forniment ta' servizzi jew prodotti finanzjarji.

 

Skedi ta' żmien

 

Rikonoxximent fil-pront

 

Tweġiba finali għandha tingħata fi żmien 8 ġimgħat mill-wasla tal-ilment.

 

Riżoluzzjoni ta' Tilwim Barrani

 

Meta jkun qed jirrispondi għal ilment, l-ilmentatur għandu jkun informat li jekk jibqa' insodisfatt jista' jirreferi l-ilment tiegħu għand is-servizz EDR xieraq, għal reviżjoni.  Għandu dejjem jingħata d-dettalji sħaħ ta' kuntatt ta' EDR, li jistgħu jinkisbu mis-Sommarju ta' Ġestjoni tal-Ilmenti.

 

Uffiċċju tal-Arbitru għal Servizzi Finanzjarji

 

Avviż tal-Ilmenti u l-linja t'assistenza ta' Lloyd's

 

Spreadsheet ta' Avviżi Barranin

 

Email t'avviż internationalcomplaints@lloyds.com

 

Linja t'assistenza għal ilmenti: +44 (0) 207 327 5696