Fit-23 ta’ Ġunju 2016, il-maġġoranza tan-nies li vvutaw fir-referendum, ivvutaw biex ir-Renju Unit jitlaq mill-UE. Il-proċess tat-tluq imbagħad skatta bl-invokazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona fid-29 ta’ Marzu 2017. Il-mexxejja tar-Renju Unit u tal-UE approvaw Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-UE fis-17 ta’ Ottubru 2019 u dak il-Ftehim kien rattifikat u daħal fis-seħħ u r-Renju Unit telaq mill-UE fl-istess data, il-31 ta’ Jannar 2020. 

Il-Ftehim jinkludi perjodu tranżitorju li matulu se jkun hemm kontinwità legali u regolatorja bejn ir-Renju Unit u l-UE fuq il-bażi tar-regoli eżistenti mid-data li fiha r-Renju Unit jitlaq mill-UE sal-iskadenza ta’ dan il-perjodu. Il-perjodu tranżitorju huwa mistenni li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. 

Ċertu assiguraturi tar-Renju Unit li huma Membri ta’ Lloyd’s, attwalment qed igawdu drittijiet ta’ “passaportar” fiż-ŻEE li jippermettu li l-poloz jiġu amministrati fl-Ewropa mingħajr il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni ulterjuri.  

Bħala konsegwenza tal-Brexit, id-drittijiet kurrenti ta’ passaportar fiż-ŻEE huma mistennija li jintemmu fit-tmiem tal-perjodu tranżitorju fil-31 ta’ Diċembru 2020. Lloyd’s għalhekk qed tipproponi, f’isem il-Membri, li tittrasferixxi ċertu poloz mill-Membri lil Lloyd’s Insurance Company S.A. (“Lloyd’s Brussels”). Lloyd’s Brussels hija kumpanija tal-assigurazzjoni inkorporata u rregolata fil-Belġju u hija sussidjara posseduta kollha minn Lloyd’s. 

Sakemm mhux eskluż speċifikament, il-poloz (jew partijiet tal-poloz) li se jiġu trasferiti taħt it-trasferiment propost huma dawk fejn ir-riskju kollu jew parti mir-riskju sottoskritt ma’ Lloyd’s jinsab fi stat taż-ŻEE jew fejn id-detentur tal-polza huwa resident fiż-ŻEE, tali li l-polza (jew parti mill-polza) ma tkunx tista’ tiġi amministrata wara l-Brexit mir-Renju Unit mingħajr ksur tar-rekwiżiti legali jew regolatorji (“Poloz tat-Trasferiment”). It-trasferiment propost se jiżgura li l-Poloz tat-Trasferiment jkunu jistgħu jiġu amministrati b’mod konformi wara l-Brexit, inkluż fir-rigward tal-ħlas tal-klejms.  

Jekk jigi approvat mill-High Court of England and Wales (“High Court”), it-trasferiment propost mhux se jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe polza, ħlief li Lloyd’s Brussels se ssir l-assiguratur u l-Kontrollur tad-Data fir-rigward tal-Poloz tat-Trasferiment. It-trasferiment propost ġie mfassal b’attenzjoni biex jiżgura li dan mhux se jbiddel il-mod kif joperaw il-poloz. Id-detenturi tal-poloz mhux se jaraw bidla amministrattiva diretta bħala riżultat tat-trasferiment propost u l-proċess biex isiru l-klejms u kwalunkwe pagamenti li jistgħu jkunu dovuti għas-saldu ta’ klejm valida mhux se jiġi affettwat mit-trasferiment propost. Jekk approvat mill-High Court, it-trasferiment propost huwa mistenni li jkun effettiv fit-30 ta’ Diċembru 2020.

Kif Tista’ Tikkuntattjana
Sabiex tkellem rappreżentant ta’ Lloyd’s dwar il-proposti, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq il-Linja ta’ Informazzjoni: 
[+44 (0) 0800 000 00] (In-numri tat-telefon tal-pajjiżi kollha taħt reviżjoni). 
Ir-rappreżentanti ta’ Lloyd’s jistgħu jwieġbu għal mistoqsijiet bl-Ingliż, Olandiż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Spanjol. Għal mistoqsijiet fil-lingwi l-oħra kollha, hemm ukoll disponibbli faċilità ta’ voicemail. 

Il-helpline se tkun miftuħa mid-9.00a.m. sal-5.00p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa ħin tar-Renju Unit (minbarra festi pubbliċi) sakemm l-Iskema ssir effettiva fit-30 ta’ Diċembru 2020. 
Alternattivament, jekk jogħġbok ikkuntattjana bil-miktub fi kwalunkwe lingwa bl-email: 
enquiries@lloydsbrexittransfer.com 

Jew bil-posta: 
Trasferiment ma’ Brexit ta’ Lloyd’s 
PO Box 724 
BANGOR 
BT19 7WZ. 

Għall-mistoqsijiet kollha relatati mat-trasferiment, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant tas-suq, l-Aġent Amministrattiv, is-Sensar jew il-Coverholder normali tiegħek. 

Kif Tista’ Tqajjem Tħassib
Kull persuna li temmen li tista’ tiġi affettwata ħażin mill-Iskema proposta għandha dritt li tattendi s-Seduta ta’ Smigħ u tesprimi l-fehmiet tagħha, jew direttament jew permezz ta’ rappreżentant. Jista’ jgħin il-proċess jekk kull min jixtieq jattendi s-seduta ta’ smigħ jinforma lil Lloyd’s, bil-miktub fl-indirizz t’hawn fuq, malajr kemm jista’ jkun u preferibbilment qabel il-11 ta’ Novembru 2020, fejn jagħtu r-raġuni tagħhom għaliex se jiġu affettwati ħażin.  

L-Applikazzjoni hija mistennija li tinstema’ quddiem Imħallef tal-High Court f’7 Rolls Building, Fetter Lane, London, EC4 1NL fit-18 ta’ Novembru 2020 (is-“Seduta ta’ Smigħ”). 
Kull persuna li temmen li tista’ tiġi affettwata ħażin mill-Iskema tista’ tagħmel rappreżentazzjonijiet dwar l-Iskema permezz ta’ kwalunkwe mill-metodi ta’ kuntatt t’hawn fuq. 

Document links

Notifika lid-Detentur tal-Polza - Posta

Avviż Legali

Mistoqsijiet Frekwenti / Referenza ta’ Malajr
Il-Proposti
Il-Proċess ta’ Trasferiment Skont il-Parti VII

Useful links

About Lloyd’s (English Language Only)

The Independent Expert (English Language Only)

Document Library (English Language Only)